Coronavirus Lokali Saħħa

Stat ta’ emerġenza għas-saħħa pubblika

Malta ddikjarat stat ta’ emerġenza medika.

Din id-dikjarazzjoni saret permezz ta’ Avviż Legali maħruġ f’nofs din il-ġimgħa.

L-Emergenza Medika tagħti poteri lis-Supretendent Charmaine Gauci biex tieħu l-miżuri kollha meqjusa neċessarji f’dan il-mument ta’ kriżi.

B’dan l-Avviż Legali, is-Supertendent għas-Saħħa Pubblika tiddikjara li Malta, bħall-bqija tad-dinja, tinsab affettwata mill-pandemija tal-Covid-19.

L-emerġenza għas-saħħa pubblika tkopri perijodu li jibda mid-data tas-7 ta’ Marzu…il-jum li fih feġġ l-ewwel każ.

Sa issa f’pajjizna għandna 213-il każ konfermat ta’ Coronavirus.