Coronavirus Internazzjonali

Tliet minuti silenzju għall-vittmi Ċiniżi

Iċ-Ċina osservat tliet minuti silenzju għall-vittmi kollha Ċiniżi li mietu bil-Covid-19.

Il-jum tas-Sibt sar jum ta’ tifkira u unur għal aktar minn 3,300 persuna li mietu b’din il-pandemija f’dan il-pajjiż, u li bdiet mill-Belt ta’ Wuhan.

Wara dawn il-minuti numru ta’ Ċiniżi nfexxew f’ċapċipa, daqq ta’ tnabar u ħornijiet ta’ karozzi għall-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.

Kollox qed jindika li ċ-Ċina qed tirkupra ftit ftit mill-Coranavirus hekk kif il-ħajja issa kważi qed terġa’ tiġi lura għan-normal għalkemm għad hemm regoli stretti għal ċertu ħruġ.

S’issa globalment il-Covid-19 qatel kważi 60,000 persuna, u jinsab mifrux f’aktar minn 200 pajjiż.