Coronavirus Internazzjonali Saħħa

1.2 miljun infezzjoni madwar id-dinja – Spanja jsir l-iktar pajjiż milqut fl-Ewropa

In-numru ta’ persuni infettati bil-Covid-19 madwar id-dinja qabeż 1.2 miljun b’madwar 64,753 jitilfu ħajjithom minħabba l-virus. Skont ċifri miġbura mill-Isptar tal-Universita’ Johns Hopkins, iktar minn 25% ta’ dawn l-infezzjonijiet huma fl-Istati Uniti, bi 311,544 każ.

Spanja taqbeż l-Italja bħala l-iktar pajjiż milqut fl-Ewropa hekk kif issa hemm 126,168 każ konfermat filwaqt li fl-Italja, in-numru ta’ infezzjonijiet hu 124,632. Il-Ġermanja u Franza għandhom 96,092 u 90,848 każ rispettivament. Filwaqt li ċ-Ċina, il-pajjiż minn fejn kien oriġina l-virus lura f’Diċembru li għadda, tgħodd 82,558 każ.

Pajjiż ieħor fost l-iktar milquta hu l-Iran b’55,743 każ. Isegwi r-Renju Unit b’42,479 każ.