5 TA’ APRIL 1990
Valletta friski mir-rebħ tat-13-il kampjonat, 30 sena ilu ġew sospiżi milli jieħdu sehem f’logħbiet uffiċjali tal-MFA sa tmiem dak l-istaġun. Huma nstabu ħatja li l-partitarji tagħhom ikkaġunaw l-inċidenti fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali fl-1 ta’ April waqt l-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Ħamrun Spartans.
Id-deċiżjoni ttieħdet fil-5 ta’ April filgħaxija mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara madwar tliet sigħat u nofs dibattitu. B’din id-deċiżjoni, Valletta kienu sospiżi milli jieħdu sehem fil-kumplament tal-logħbiet fl-FA Trophy. Is-Super Cup li kellha tintlagħab bejn Valletta u r-rebbieħa tal-FA Trophy, ġiet skedata għall-istaġun ta’ wara.
Fil-ġurnal In-Nazzjon tal-għada, intqal li l-MFA kienet se tgħaddi suġġeriment lill-Ministru tal-Finanzi biex il-kompetizzjoni Super 5, li fiha kienu se jilagħbu l-ewwel erba’ timijiet fil-klassifika tal-kampjonat, tinqabeż u minflok is-somma ta’ Lm 2,000 tinqasam bejn l-erba’ timijiet.
//= $special ?>