Coronavirus Internazzjonali

Boris Johnson jiddaħħal l-isptar minħabba s-sintomi tal-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Il-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson iddaħħal l-isptar għal testijiet, għaxart ijiem wara li nstab pożittiv għal coronavirus. Stqarrija minn Downing Street qalet li Johnson qed ikompli jkollu sintomi tal-Covid-19 fosthom temperatura għolja. Dan il-pass hu meqjus bħala wieħed ta’ prekawzjoni fuq parir tat-tabib.

Boris Johnson għadu fit-tmexxija tar-Renju Unit u ilu jaħdem mid-dar tiegħu mis-27 ta’ Marzu, il-ġurnata meta tħabbar li nstab pożittiv għal dan il-virus. L-aħħar darba li deher fil-pubbliku kien il-Ħamis li għadda meta mid-dar tiegħu f’Downing Street, faħħar lill-NHS (National Health Service) u membri oħra importanti.