Coronavirus

COVID-19: Jonqsu l-fatalitajiet fl-Italja

Huma 525 l-ammont ta’ fatalitajiet fl-aħħar 24 siegħa fl-Italja. Dan huwa l-inqas ammont irreġistrat fl-aħħar għaxart ijiem. L-esperti saħqu li l-peak fl-Italja ntlaħaq u issa l-każi ser jibdew jonqsu ftit ftit.

Dan filwaqt li l-ammont ta’ persuni li fiequ kienu 819, sabiex issa l-ammont totali huwa dak ta’ 21,815.