Lokali

Ġabra ta’ ritratti dwar il-Passjoni

Fl-aħħar jiem ħareġ ktieb ġdid dwar il-Passjoni ta’ Ġesu Kristu b’ġabra ta’ madwar 200 ritratt meħudin mill-fotografu Mario Cocker.

Il-ktieb bl-isem ta’ ‘Passjoni – Silent witnesses in Gethsemane’ jikkonsisti fiċ-Ċena, l-Ort u t-Tradiment, tliet mumenti li n-Nisrani jemmen li Kristu għadda minnhom sakemm ħalla ħajtu għall-Bniedem fuq l-Għolja tal-Gologota.

Ma’ NET News, Cocker qal li l-iskop ta’ dawn il-kotba hu li permezz tal-istil ‘chiaroscuro’, in-nies jaraw id-dettalji tal-vari li ħafna drabi ma jinnotawx li qegħdin hemm.

Il-ktieb jikkonsisti f’170 paġna ta’ ritratti mill-isbah meħudin f’Malta u f’Għawdex tal-arti sagra marbuta ma’ dawn it-tliet mumenti. Dan hu t-tieni volum ta’ ġabra ta’ ritratti, bit-tielet volum mistenni joħroġ is-sena d-dieħla dwar il-vari kollha li jinkludu il-proċess ta’ meta Ġesu ttieħed quddiem Pilatu u ngħata s-swat, liema vari jinsabu f’pajjiżna.

Dan il-ktieb sar b’kitba bil-Malti ta’ Mario Colerio u traduzzjoni għall-Ingliż minn Iggy Fenech, filwaqt li l-kitba reliġjuża saret minn Fr. Dillon Bugeja u pubblikazzjoni ta’ Horizons Malta. Cocker ilu għal dawn l-aħħar snin idur diversi Knejjes biex jieħu ritratti ta’ statwi tal-Ġimgħa l-Kbira li jsebbħu l-Knejjes tagħna f’dan iż-żmien Qaddis.