Ġabra ta’ ritratti mill-arkivji nġabru mill-fotografu Daniel Cilia biex joħroġ is-sabiħ tal-istorja u l-kultura f’ritratti artisitċi. Din il-ġabra għandha l-isem ta’ ‘Maltese Archives… My Choices’
Il-ktieb hu mqassma fi 18-il tema biex juri l-polz tal-poplu u l-identità tiegħu. Dawn huma l-governanza, ikel, l-għaqdiet reliġjużi, konfraternitajiet u istituzzjonijiet, il-baħar, il-mewt, viżitaturi, edukazzjoni, ħin ħieles, koxjenza nazzjonali, infrastruttura, disinn, l-arkeoloġija, l-ilsien Malti, reliġjon u ritwal, trawma, lejl u dak li mmarka l-ħin, Maltin ‘il barra minn xtutna, u l-familja.

Kwazi ħamsin sena ilu f’pajjiżna kienet saret l-ewwel konferenza fl-Università Irjali b’tagħlim tal-istorja, dokumenti u l-arkivji f’Malta.
Il-konferenza, bit-titlu ta’ ‘Maltese History: What Future?’, kienet l-ewwel pass ‘il quddiem biex beda l-proċess tal-microfiling u diġitzzazzjoni f’Malta li għinu biex l-arkivji bdew jieħdu r-ruħ għal aktar preservazzjoni u aċċess. Dan il-proċess wassal biex għin fit-turiżmu wara proċess ta’ ħafna xogħol.
L-Arkivju Nazzjonali fil-passat kien jitmexxa minn ħames peruni iżda maż-żmien kiber biex illum il-ġurnata hemm iktar minn 30 persuna.
Il-vjaġġ ta’ arkivji li jmur lura għas-seklu 12 jikkonsisti minn dokumentazzjoni u li sawwar l-identità ta’ min huma l-Maltin u l-Għawdxin.




