Lokali

Is-saħħa tal-poplu trid tiġi protetta b’deċiżjonijiet f’waqthom mhux reattivi – PN

Il-Gvern illejla ħabbar l-għeluq tal-Open Centre f’Ħal Far. Dan għamlu wara li l-virus COVID-19 infirex f’dan iċ-ċentru u diġà hemm tmien każijiet li rriżultaw. Din hija miżura li qed tittieħed tard wisq.

Il-Partit Nazzjonalista għaxart’ijiem ilu wissa fuq il-periklu tat-tixrid tal-virus f’ċentri bħal dan u fil-ħabs.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-PN għall-Intern Beppe Fenech Adami, intqal illi l-Gvern hoped for the best iżda did not prepare for the worst. U issa the worst qed iseħħ. 

“Issa għandna sitwazzjoni ta’ 1000 persuna maqfula ġo tined u kontejners, sitwazzjoni li ovvjamant se twassal għal iktar tixrid.”

Il-PN insista li din hija riċetta għal diżastru. Il-Gvern għandu b’mod inmedjat jassigura illi mill-aktar fis isir swabing tar-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa. Għandu jara kif l-iffullar f’dan iċ-ċentru jiġi indirizzat anke jekk hemm bżonn jinstabu siti ta’ detenzjoni alternattivi. Jieħu dawk il-miżuri kollha sabiex is-saħħa tal-ħaddiema kollha li jaħdmu ma’ dawn ir-residenti jiġu mħarsa bl-aktar mod effettiv. L-Oppożizzjoni ssellem lill-ħaddiema kollha li f’dan il-mument diffiċli qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jissalvagwardaw is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.