Coronavirus Festi Internazzjonali Knisja

“Jiem li fihom irridu nuru kuraġġ” – il-Papa Franġisku

F’Bażilika bla nies, il-Papa Franġisku dalgħodu ċċelebra l-festa ta’ Ħadd il-Palm li twassal għall-bidu tal-festi marbutin mal-Ġimgħa Mqaddsa.

Fil-messaġġ tiegħu wara l-qari tar-rakkont tal-Passjoni, il-Papa wassal messaġġ qawwi lill-popli tad-dinja li bħalissa qed jaffaċjaw pandemija li ilna deċenji ma naraw bħalha. Il-Papa insista li dawn huma ġranet li fihom”irridu nuru kuraġġ”.

Il-Papa Franġisku mexxa l-quddiesa f’Bażilika deżerta, bi ftit saċerdoti biswitu.

Intant, anke z-zoni storiċi f’Ġerusalemm bħalissa jinsabu magħluqa kompletament, u allura ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ħadd il-Palm ma setgħux isiru bħas-soltu minħabba l-Covid-19.