Basketball Sport

Kobe Bryant jiddaħħal fil-Hall of Fame tal-NBA

(Ritratt: EPA)

Kobe Bryant ġustament iddaħħal fil-Hall of Fame tal-Basketball Amerikan. Il-ħames darbiet rebbieħ tal-NBA, miet f’Jannar li għadda fl-età ta’ 4-1 meta ġġarraf il-ħelikopter li kien fuqu flimkien mat-tifla tiegħu ta’ 13-il sena Gianna u seba’ persuni oħra.

Il-leġġenda ta’ Los Angeles Lakers irtira fl-2016. Hu kien magħżul bħala l-Aqwa Plejer tal-NBA fl-2008, rebaħ l-Aqwa Plejer tal-Finali tal-NBA darbtejn filwaqt li kien magħżul mas-selezzjoni All-Star 18-il darba. Hu kien ukoll fit-tim tal-Istati Uniti li rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi kemm fl-2008 kif ukoll fl-2012.

Il-Kummissarju tal-NBA Adam Silver qal li l-mewt ta’ Bryant ħalliet lil kulħadd bla kliem u żied li kienu ħerqana biex jonorawh. “Kobe Bryant hu sinonimu mal-NBA All-Star u jirrappreżenta l-ispirtu globali tal-logħba. Hu dejjem kien preparat biex jieħu l-opportunità u jilgħab ma’ u kontra l-aqwa tal-aqwa fl-ogħla livell għal miljuni ta’ partitarji madwar id-dinja,” qal Silver.

Fil-Hall of Fame ukoll ġew introdotti l-ħames darbiet rebbieħ tal-NBA Tim Duncan, Kevin Garnett, Eddie Sutton, Tamika Catchings, Kim Mulkey, Rudy Tomjanovich, Barbara Stevens u Patrick Baumann. Il-Hall of Fame hi msemmija wara Dr James Naismith, Kanadiż li vvinta l-basketball.