Il-każi tal-Covid-19 fl-Italja telgħu għal 128,948, biċ-ċifra tal-imwiet fuq bażi nazzjonali taqra 15,887.
Intant, irkupraw mill-marda 21,815 persuna – jiġifieri żieda ta’ 185 fuq it-Taljani li kienu fiequ sas-Sibt. Naqsu wkoll, fuq perjodu ta’ 24 siegħa, il-morda bil-coronavirus li jinsabu taħt terapija intensiva.
Fir-reġjun tal-Lombardija, skont l-aħħar statistika, kien hemm 50,455 infettat ( żieda ta’ 1,337 fuq iċ-ċifri tas-Sibt), bil-mejtin ikunu stabbiliti mat-8,905 – 249 aktar (fir-reġjun) minn tas-Sibt.
Il-‘kurva’ tal-infezzjonijiet uriet li s-sitwazzjonijiet fi Brescia u Bergamo kienu, ftit jew wisq, stabbli, waqt li l-firxa tal-Covid-19 baqgħet tiżdied fil-belt ta’ Milan.
//= $special ?>