Coronavirus Lokali Saħħa

Maltija f’Londra tmut kaġun tal-Coronavirus

621 vittma f'ġurnata waħda għal total ta' 4,934 fatalità

NET NEWS jinsab f’pożizzjoni illi jikkonferma li Maltija li tgħix l-Ingilterra hi fost il-vittmi li tilfu ħajjithom din il-ġimgħa kaġun tal-Covid-19.

Il-Maltija kellha 66 sena u kienet tgħix Londra. Għalkemm regolarment kienet tiġi Malta biex iżżur qraba tagħha f’pajjiżna.

Il-mara Maltija, li oriġinarjament hi mill-Ħamrun, kienet iddaħlet l-isptar il-ġimgħa li għaddiet. Ftit tal-jiem ilu konna irrappurtajna li Malti ieħor, John Grima, miet fil-Kanada kaġun ta’ din l-istess marda.

Dwar il-każ ta’ din il-mara, l-ambaxxata Maltija fil-kapitali Ingliża għadha ma ħarġet ebda stqarrija dwar din il-mewta. Lanqas il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Qraba ta’ din il-mara li tkellmu ma’ NET NEWS iddeskrivewha bħala “persuna tal-ġenn”. Huma kkonfermaw li kienet ilha biss ġimgħa rikoverata l-isptar.

Intant, il-kriżi tal-Covid-19 tant kibret fir-Renju Unit li illejla r-Reġina Eliżabetta II se tkun qed twassal messaġġ lin-nazzjon; okkażjoni rari immens fejn tagħmel dan it-tip ta’ indirizz lill-poplu.

Fir-Renju Unit illum biss mietu mas-600 persuna. Il-Gvern ta’ Johnson issa qed jikkunsidra li jwaqqaf anke l-eżerċizju fiżiku fuq barra