Il-bilanċ fil-miżuri li qed joħorġu mill-Gvern, b’mod partikolari dawk ta’ restrizzjonijiet sabiex jitrażżan it-tixrid tal-Coronavirus, hu essenzjali sabiex il-pajjiż joħroġ minn din il-kriżi b’suċċess fuq kull lat.
Fuq l-istazzjon tat-televiżjoni Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela qal li ħa r-responsabbilta’ għal dan id-dħul gradwali tal-miżuri, ikun hemm ċertu livell ta’ liberta’.
Fl-istess intervista’ Robert Abela ta x’jifhem li dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jibdew jiġu rilassati fis-Sajf.
Għalkemm ġimgħa ilu, Robert Abela ma kienx qal li l-poplu Malti għandu jgawdi s-Sajf iżda li l-poplu Malti ma jħarbatx is-Sajf tiegħu
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-qbil storiku li ntlaħaq dwar il-ħatra tal-Imħallef Mark Chetcuti bħala Prim Imħallef il-ġdid li se jibda fil-kariga mill-Ħamis li ġej. Hu qal li dan kien żvilupp bla preċedent fejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef, il-metodu kif se jinħatru l-Prim Imħallfin suċċessivi wara li l-Imħallef Chetcuti jispiċċa mill-kariga u l-mod kif se jinħatru il-ġudikanti.
Minkejja dan, Robert Abela insista fuq il-metodu tiegħu ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija u sejjaħ lill-Oppożizzjoni biex taħdem bis-sistema ta’ ħatra kif għaddiet mill-Parlament.
Abela kuntent li flus il-poplu qed imorru għand Vitals minflok għand il-pazjenti li tant għandhom bżonnhom – il-PN
Robert Abela jinsab kuntent bil-mod ta’ kif qed jintefqu flusna fil-qasam tas-saħħa, fejn minkejja li pajjiżna qed jaffaċċja kriżi minħabba l-imxija tal-COVID-19, il-gvern tiegħu għażel li jibqa’ jħallas il-miljuni lill-Vitals u Steward. Għalkemm diversi rapporti fil-midja żvelaw n-nuqqas ta’ riżorsi li għandhom l-isptarijiet tagħna, Abela għadu determinat li jagħti l-miljuni lil dawn il-kumpaniji avolja ma wettqu l-ebda investiment fl-isptarijiet tagħna.
Il-Gvern ippermetta li l-eks CEO tal-Vitals Ram Tumuluri jagħti lilu nnifsu €6 miljuni flok xtrajna il-ventilators, flok infaqna il-miljuni biex ikollna iżjed sodod għall-pazjenti ħallasna l-miljuni li marru f’commissions u flok temm il-kuntratt, il-Gvern aċċetta klawsola li biha Steward jieħdu €100 miljun jekk il-kuntratt jintemm, anke jekk il-kuntratt jintemm tort tagħhom irid iħallas il-poplu.
Lil hinn mill-prijoritajiet żbaljati, din il-kriżi urietna Prim Ministru reattiv li jieħu azzjoni biss meta affaċċjat bi kritika jew kriżi, mhux jantiċipa s-sitwazzjoni u jaħdem biex jippreveniha. Meta ressaq l-ewwel pakkett ta’ għajnuna, kellhom ikunu l-Oppożizzjoni, l-imsieħba soċjali u l-unjins li jappellaw għal miżuri aktar b’saħħithom li jgħinu lin-negozji u familji tagħna biex jirkupraw minn din il-kriżi.
Dan b’kuntrast mal-oppożizzjoni, li matul l-aħħar ġimgħat ressqet għadd kbir ta’ proposti, intiżi li jindirizzaw it-tħassib ta’ kull settur.
//= $special ?>