Coronavirus Sport Sport Ieħor

Pulev se jagħti donazzjoni mid-dħul tal-ġlieda kontra Joshua

(Ritratt: EPA)

Il-boxer Kubrat Pulev qal li nofs id-dħul li kien se jagħmel mill-ġlieda kontra Anthony Joshua se jmorru għall-ħaddiema mediċi li qed jissieltu kontra l-coronavirus. Il-Bulgaru ta’ 38 sena hu mistenni li jirċievi madwar €5.5 miljuni mill-ġlieda li kienet skedata li ssir fl-20 ta’ Ġunju fit-Tottenham Hotspur Stadium. Din il-ġlieda tħassret fl-aħħar jiem minħabba l-pandemija.

“Se nagħti donazzjoni ta’ 50% mill-flus li se nirċievi mill-ġlieda kontra Joshua lejn l-eroj li qed jissieltu kontra l-coronavirus. Se nagħti l-flus lit-tobba, lin-nurses u l-isptarijiet għal apparat bżonnjuż kontra dan il-virus,” qal Pulev lill-ġurnal Ġermaniż Bild. Ix-xahar li għadda, Pulev qal li l-ġlieda ssir lejn tmiem is-sena minħabba l-pandemija u saħansitra qal li ma jkollux problema jiġġieled mingħajr spettaturi.