It-trabi twieldu fl-istat ta’ Chhattisgarh fl-Indja waqt lockdown
Koppja fl-Indja semmew lit-tewmin ċkejknin tagħhom għal pandemija; Corona u Covid.
L-aħwa, tifla u tifel, twieldu fl-istat ta’ Chhattisgarh fis-27 ta’ Marzu waqt li madwar biljun persuna fl-Indja jinsabu taħt lockdown.
L-omm ta’ 27 sena saħqet li t-twelid seħħ wara li flimkien mar-raġel tagħha inevitabbilment kellhom jiffaċċjaw diversi problemi kawża ta’ dan il-virus, u għaldaqstant xtaqu jagħmlu dan il-mument wieħed memorabbli.
Hija kompliet tgħid li grazzi għal dna il-virus, minkejja li huwa perikoluż, il-pubbliku ġew aktar konxji tas-sanità u l-iġene tagħhom.
