Sport Sport Ieħor

Waranofsinhar: Qdif u ibburdjar fil-21 programm Sport Extra

Intervistá minn Charles Camenzuli ma' Maya Podesta

Il-wieħed u għoxrin programm SPORT EXTRA li ser jixxandar illum fuq NetTelevision mill-4.50 pm ‘l quddiem fl-ewwel parti l-enfażi ser tkun fuq l-indoor rowing.

Dan wara s-suċċessi miksuba mis-selezzjoni Maltija kemm fl-International British Open kif wkoll fil-Kampjonati tad-Dinja li saru f’Pariġi. Mistiedna fil-programm, il-President tal-Malta Rowing Association Stephen Paris kif ukoll tnejn mill-parteċipanti li ħadu sehem Michelle Vella Wood u Sairita Cassar.

Fit-tieni parti tal-programm tkompli s-serje ta’ intervisti mar-rebbieħa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-iSport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali bil-mistiedna Maya Podesta’ għan-nom ta’ Elusive 2 rebbieħa tal-katregorija Tim tas-Sena.SPORT EXTRA għandu produzzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ ta’ Samira Cachia Spiteri b’filmati ta’ Michael Farrugia u Keith Mizzi.