Coronavirus Lokali Saħħa

Awguri tal-Għid mill-APAN

L-Assoċjazzjoni Pensjonanti u Anzjani Nazzjonalisti tawgura l-Għid it-tajjeb lill-anzjani kollha fi djarhom filwaqt li tirrakkomanda li kulħadd jibqa’ ġewwa u dan għall-ġid tagħna l-anzjani u għall-għeżież tagħna. 

L-APAN tħeġġeġ lill-anzjani u lill-familji tagħhom biex f’Sibt il-Għid u nhar Ħadd il-Għid filgħaxija nixegħlu l-gallariji tagħna bħala sinjal ta’ fidi u tama fil-ġejjieni. Sakemm nerġgħu niltaqgħu fl-attivitajiet tagħna tas-soltu, intom l-anzjani tibqgħu f’qalbna u fi ħsibijietna.