Id-diskors ‘rari u uniku’ tar-Reġina Eliżabetta lill-poplu tar-Renju Unit f’dawn iż-żmenijiet tal-coronavirus kien segwit minn talanqas 24 miljun persuna.
L-ammont ta’ telespettaturi kien ikkalkulat bħala ‘aktar minn tliet darbiet akbar’ minn dawk (7.1 miljuni) li kienu segwew l-aħħar diskors tar-Reġina fi żmien il-Milied.
Fid-diskors tal-Ħadd bil-lejl, ir-Reġina rringrazzjat lill-ħaddiema li jinsabu ‘fuq quddiem fuq il-front tal-gwerra kontra l-coronavirus’ waqt li ħeġġet biex il-poplu jibqa’ ‘magħqud u determinat’. Ir-Reġina anki wasslet il-messaġġ inkoraġġanti li ‘in-nies se jerġgħu jiltaqgħu ma’ xulxin fil-futur.’
Mhux magħruf kemm il-persuna assistiet għad-diskors storiku tar-Reġina permezz tal-mezzi online.