Coronavirus Internazzjonali

Coronavirus: Jerġgħu jonqsu l-imwiet fi Spanja

Iċ-ċifra tal-imwiet mill-coronavirus fi Spanja naqset għar-raba’ jum konsekuttiv, bl-ammont ta’ vittmi ġodda mħabbar mill-Gvern jaqra 637 — ‘l isfel mis-674 vittmi tal-Ħadd.

Din hi l-iżgħar ċifra ta’ mejtin mill-coronavirus fi Spanja għal ġurnata waħda mill-24 ta’ Marzu. L-imwiet kienu laħqu rekord (950) għal ġurnata waħda (fost l-Ispanjoli), nhar il-Ħamis.

Intant, l-aħħar statistika żvelat li Spanja rreġistrat 4,273 każi ġodda tal-Covid-19 — madankollu l-uffiċjali lokali jemmnu li l-virus jista’, sa fl-aħħar, qed jilħaq il-massimu tiegħu fi Spanja.

Il-pajjiż għandu t-tieni l-ogħla rata ta’ vittmi fid-dinja ( wara l-Italja) bi 13,055.