Coronavirus Internazzjonali

Coronavirus: Kwarantina għall-ħaddiema immigranti f’Singapore

Madwar 20,000 ħaddiem barrani f’Singapore ingħataw direttiva biex jibqgħu magħluqin fid-dormitorji tagħhom għal erbatax-il jum. Dan meta żdiedu l-każi ta’ infezzjoni bil-coronavirus f’dan l-Istat,  minkejja li Singapore, qabel, kien ġie mfaħħar għall-programm urġenti u konkret  tiegħu fil-konfront tal-Covid-19.

Intant, żewġ dormitorji – wieħed bi 13,000 ħaddiem (u 63 każ ta’ infezzjoni) u ieħor b’6,800 ħaddiem (u 28 każ ta’ infezzjoni) – spiċċaw iżolati għall-jiem li jmiss. Id-dormitorji huma ‘residenzi tipiċi’ għall-irġiel min-Nofsinar tal-Asja li qed jaħdmu fil-kostruzzjoni. Filwaqt li l-ħaddiema se jitħallsu xorta huma u jingħataw tliet ikliet kuljum, uħud ilmentaw dwar ‘l-iffullar u l-kundizzjonijiet maħmuġin li qed jiffaċċjaw’.

Għalkemm Singapore kien deher proattiv ferm fil-konfront tal-coronavirus, jidher li, fl-aħħar jiem, żdiedu l-infezzjonijiet trasmessi fuq bażi lokali f’dan it-territorju — bl-awtoritajiet se jibdew lockdown fis-sigħat li jmiss