Coronavirus Lokali Saħħa

Donazzjoni ta’ 20,000 maskra

Il-kumpaniji CiviQuo bbażata Malta flimkien mal-kumpanija Franċiża UNIQORN għamlu donazzjoni ta’ 40,00 maskra lil Malta u lil Franza

L-20,000 lil pajjiżna ġew ippreżentati lill Karl Farrugia, Direttur Maniġerjali tas-CPSU fl-Isptar Mater Dei. L-Inġinier Farrugia spjega li l-maskri se jintużaw flimkien mal-eye visors li bħalissa qed jiġu ddisinjati f’pajiżna stess sabiex tiżdied is-sigurtà għall-ħaddiema tas-saħħa.

Farrugia saħaq li jinsabu grati għall-CiviQuo u l-imsieħba internazzjonali tagħhom, il-UNIQORN u Vara Home, għad-donazzjoni ta’ dawn il-maskri.