Coronavirus Internazzjonali

Fir-Renju Unit: It-telefonati b’rabta mal-vjolenza domestika jiżdiedu b’25%

Il-linja ta’ għajnuna tal-Vjolenza Domestika fir-Renju Unit rat żieda ta’ 25% fis-sejħiet u t-talbiet online għall-għajnuna. Din l-aħbar ġiet rappurtata wara li l-Brittaniċi ilhom aktar minn ġimagħtejn f‘lockdown minħabba l-imxija tal-Covid-19.

Ħafna fl-aħħar jiem kienu wissew li r-restrizzjoni fil-ħruġ taf twassal għal aktar tensjonijiet domestiċi, u infatti t-telefonati għall-għajnuna żdiedu ġmielhom.

Oħrajn qalu lill-midja li issa hemm aktar għarfien dwar il-vjolenza domestika u hemm ċans tajjeb li ħafna vittmi ma jiddejqux jitkellmu u jfittxu l-għajnuna.