Coronavirus Lokali

Il-Fondazzjoni HSBC Malta tappoġġja inizjattivi għat-tfal waqt l-imxija tal-Covid-19

Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tappoġġja lill-HSBC STEM (Science, Technology, Engineering, and Mathematics) Challenge kif ukoll lill-Malta Girl Guides (MGG) Quarantineb Challenge.

Dawn huma, żewġ inizjattivi maħsuba biex jgħinu lit-tfal ħalli, filwaqt li jkunu d-dar, igawdu u jużaw il-ħin tagħhom b’mod kreattiv.  Dawn l-isfidi separati se jaraw lit-tfal u lill ġenituri tagħhom, jew kustodji, jieħdu sehem f’attivitajiet differenti.

L-HSBC STEM Challenge, imnedija mid-Direttorat għall Programmi ta’ Tagħlim m Assessjar, f’assoċjazzjoni maċ-Ċentru tax-Xjenza, tinvolvi studenti żgħar fl-età (mit-Tielet sas-Sitt sena Primarja) u min jieħu ħsiebhom, biex jaħdmu fuq proġetti xjentifiċi fid-dar, waqt li jkabbru u jiżviluppaw il ħiliet tal-ħajja fis-Seklu 21.

Min-naħa l-oħra, il-Malta Girl Guides (MGG) Quarantine Challenge, bil hashtags #mggquarantinechallengem u #beattheboredom tikkonsisti fi sfida mnedija kull jumejn. 

L-ewwel sfida, imnedija taħt din l-inizjattiva, kienet li jinħoloq mudell tal-Coronavirus. L isfidi li jmiss se jkunu relatati mal-mużika, mal-Jum Dinji tad-Down Syndrome, jerġgħu jinħolqu xeni ta’ vjaġġar,m kif ukoll biex jinħolqu messaġġi pożittivi ta’ ispirazzjoni.

Madwar 1,000 persuna diġà mlew il-formola biex jieħdu sehem, hekk kif dawk li se jipparteċipaw se jkollhom l-opportunità li jakkwistaw il-badge #mggquarantinechallenge.

Caroline Buhagiar Klass, Kap tar Riżorsi Umani u Sostenibbiltà Korporattiva tal-HSBC Malta, qalet: “Fi żmien meta ħafna minna qed ngħixu realtà mhux tas-soltu, nemmnu li inizjattivi bħall-HSBC STEM Challenge u l-Malta Girl Guides Quarantine Challenge, huma modi eċċellenti ta’ involviment b’mod ġenwinament produttiv għal studenti żgħar.  

Permezz tal-appoġġ tagħha, il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tkompli tappoġġja lill komunità madwar Malta u Għawdex, anke f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida.”

Dawk interessati li jieħdu sehem fl-HSBC STEM Challenge jistgħu jirreġistraw fuq https://bit.ly/2vLVu21.  Id-Direttorat għall Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar se jagħti gift vouchers, sponsorjati mill-Fondazzjoni HSBC Malta, għall-aħjar tliet proġetti.

Intant, aktar tagħrif fuq il-#mggquarantinechallenge, jista’ jinkiseb mill-paġna ta’ Facebook tal-Malta Girl Guides fuq https:/ www.facebook com/MaltaGirlGuides/ jew permezz ta’ Instagram fuq /maltagirlguides.  Dawk interessati li jieħdu sehem, jistgħu ukoll japplikaw fuq https://form.jotform.com/200733602458350.