Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, ma bidlitx il-ħsieb biex ma tikkuntestax għal ħames mandat ta’ poter konsekuttiv.
Dan wara li fl-aħħar jiem qamet mhux ftit tal-ispekulazzjoni dwar jekk il-Kanċillier – li ilha tmexxi lill-Ġermanja mill-2005 – tistax qed taħsibha mill-ġdid rigward dan ir-rwol ewlieni fi żmenijiet ta’ inċertezza kbira għall-pajjiż.
Filwaqt lil-gazzetta Ġermaniża Bild kienet fost is-sorsi li qajjmu din il-possibbiltà, il-Kap tal-Istaff ta’ Merkel, Helge Braun, qal li ma jaħsibx li dan hu ż-żmien li wieħed jiddiskuti l-aspett tat-tmexxija.
Braun kompla li Angela Merkel diġà għamlitha ċara li hi qed tikkonkludi l-aħħar mandat ta’ poter u għaldaqstant wieħed irid jaċċetta l-affarijiet kif inhuma.
Dan meta Merkel qalet ċar u tond li mhix se tkun fost il-kandidati għar-rwol ta’ Kanċillier Ġermaniż, fl-elezzjoni li għandha ssir matul il-ħarifa tal-2021.
//= $special ?>