Coronavirus Lokali

Jinstab ir-raġel li ttestja pożittiv għall-Covid-19 u li kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija

Jinstab ir-raġel li aktar kmieni ġie rrappurtat li ħarab wara li instab pożittiv għall-Covid-19.

Permezz ta’ stqarrija, il-pulizija qalet li r-raġel ittieħed lura lejn Boffa.

Jirriżulta li r-raġel kien qed jingħata assistenza fil-klinika tas-Salib l-Aħmar f’Ħal Far, meta daħal fiċ-ċentru miftuħ qabel dan ingħalaq fuq kwarantina.

Il-Pulizija stabbiliet li ma kellu ebda kuntatt ma’ persuni oħra barra miċ-ċentru.