Coronavirus Lokali

Imnedija l-kampanja ‘#BeActive at Home’

Illum SportMalta nediet il-kampanja '#BeActive at Home' bil-għan li żżomm il-pubbliku attiv f'daru stess permezz tal-midja soċjali

Bħala parti mill-kampanja #BeActive, SportMalta ħarġet bi pjan ta’ kontinġenza fiċ-ċirkostanza tal-pandemija tal-Covid-19.

Din l-inizjattiva se tinkludi numru ta’ filmati online ta’ sport u ta’ attività fiżika immirati lejn setturi differenti tas-soċjetà.

Il-filmati se jkunu qed jintwerew fuq il-paġna uffiċjali ta’ SportMalta (BeActive – SportMalta) u l-paġna uffiċjali ta’ ‘Edukazzjoni’ fuq Facebook. Dawn il-filmati se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit uffiċjali ta’ SportMalta u kif ukoll fuq YouTube.