Futbol Sport

Imut l-eks referee John Bondin

Tħabbret il-mewt tal-eks referee tal-futbol John Bondin fl-età ta’ 86 sena. Lejn tmiem is-snin 60 u s-snin 70, Bondin kellu karriera bħala referee u assistent referee fl-ogħla diviżjoni tal-futbol lokali, kif ukoll fid-diviżjonijiet l-oħra tal-Malta Football Association, sintendi fiż-żmien meta l-futbol kien jintlagħab fl-Istadium il-Gżira u fil-Grawnd Pace Grasso.

Matul iż-żmien tiegħu bħala referee, Bondin kellu esperjenza internazzjonali bħala assistent referee. Wara li rtira, hu baqa’ attiv fil-qasam tar-refereeing tal-futbol, b’kontribut fil-Malta Football Referees Association u saħansitra fl-irwol ta’ referee observer.