Coronavirus Internazzjonali

Ir-Reġina b’messaġġ ta’ għaqda u radd il-ħajr

Ir-Regina Eliżabetta II għamlet diskors rari l-Ħadd filgħaxija biex tagħmel kuraġġ lill-Britanniċi u lill-pajjiżi kollha tal-Commonwealth f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Fid-diskors taghha hi faħħret lil dawk li qed jobdu r-regoli tal-Gvern u jibqgħu d-dar kif ukoll lil dawk li qed jingħaqdu biex jgħinu fejn u min ikollu bżonn hekk kif il-pajjiż għaddej minn żmien diffiċli ħafna. Hija rringrazzjat b’mod partikolari lill-ħaddiema kollha tal-NHS.

“Se nerġgħu niltaqgħu” – Ir-Reġina Eliżabetta II

Hija tat radd il-ħajr lil dawk kollha li qed jagħmlu sagrifiċċji kbar peress li ħafna spiccaw separati mill-maħbubin tagħhom. Hija tat tama li jekk Alla jrid kollox se jgħaddi b’wiċċ il-ġid u li r-Renju Unit se turi li anki din il-ġenerazzjoni taf tegħleb kull ostaklu li ssib quddiemha.

Il-messaġġ kien rekordjat minn qabel u ttieħdu prekawzjonijiet kollha. Id-diskors kien imxandar fuq il-mezzi kollha tax-xandir fir-Renju Unit.

Sigħat wara, tħabbar li l-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson iddaħħal l-isptar b’kawża tal-kundizzjoni tiegħu b’rabta mal-Covid-19.