Kif diġa tħabbar dan l-aħħar, l-għaqda St John Rescue Corps qed taħdem fuq diversi fronti bħala parti mill-isforzu nazzjonali kontra l-Covid-19. Apparti mill-kordinazzjoni li qed tagħmel mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-għaqda issa qed tikkopera ma’ Organiżazzjoni oħra mhux Governattiva: il-Foodbank Lifeline Foundation.
Dan biex tiżgura li nvidwi u familji li għaddejjin minn kriżi u martirju f’dan iż-żmien biex ikollhom aċċess għal ikel bażiku. St John Rescue Corps se twaqqaf ‘Drive-By Station’ għal dawk li huma lesti li jagħmlu donazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, mhux dawk iżda li jitħassru malajr biż-żmien, dik li jkollhom skadenza fit-tul u li dawn jingħaddu lill-Foodbank Lifeline Foundation.
Id-‘Drive-By Station’ se jkun allokat fil-parkeġġ quddiem il-kwartieri tas-St John Rescue Corps li jinsab ġewwa l-Forti Madalena, fi Triq Madliena,, l-Madliena, limiti tas-Swieqi.
Huwa se jkun miftuħ matul il-ġimgħa bejn is-6.00pm u t-8.00pm u kull nhar ta’ Sibt bejn l10:00am u l-5.00pm. Il-ġimgħa l-oħra, 2,000 mill-5,000 oġġett inġabru minn volunitier tas-St John Rescue Corps, Camilla Appelgren mingħand 200 persuna, u li l-kunsinna tagħhom intbagħtet lill-Foodbank Lifeline Foundation.
L-impenn tas- St John Rescue Corps huwa li jassistu lil din ilFondazzjoni b’aċċess akbar għal dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni lill-individwi vulnerabbli u l-familji tagħhom, kif ukoll fejn jidħol traspoet u loġistika.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jmur fuq il-Facebook tas-St John Rescue Corps fuq: https://www.facebook.com/sjrcmalta/ jew fuq il-website www.sjrcmalta.org.
St. John Rescue Corps diġa’ ngħaqdet mas-St. John Ambulance u t-tnejn qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom sabiex jitwaqqaf it-tixrid tal-imxija tal-Coronavirus.
L-għaqda St John Rescue Corps qiegħda tikkordina mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn l-għaqda qed tagħti r-riżorsi tagħha lill-awtoritajiet. Dawn jinkludu l-voluntiera li ngħataw taħriġ speċjalizat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq proċeduri ta’ dekontaminazzjoni u apparat protettiv u tipprovdi akkomodazzjoni lill-volontiera tagħhom f’Forti Madalena f’każ li din is-sitwazzjoni tkompli teskala.
//= $special ?>