Coronavirus Internazzjonali Lokali Saħħa

Maltija oħra fir-Renju Unit vittma tal-Covid-19

Dalgħodu ħarġet l-aħbar li oħt it-Tabib Frank Portelli mietet f’Londra kaġun tal-Coronavirus. Il-vittma, li kellha 77 sena jisimha Rosalie Freestone-Bayes .

Jirriżulta li hi ħadet il-marda mill-isptar stess meta marret biex tagħmel xi testijiet.

Il-mara Maltija kienet għalliema maħbuba ħafna fiż-żmien li fih damet tgħallem f’pajjiżna.

Il-Ħadd, NET NEWS ħareġ l-aħbar li Maltija oħra li kienet tgħix l-Ingilterra hi fost il-vittmi li tilfu ħajjithom din il-ġimgħa kaġun tal-Covid-19.

Ftit tal-jiem ilu konna rrappurtajna wkoll li Malti ieħor, John Grima, miet fil-Kanada kaġun ta’ din l-istess marda.