Impenn għall-Ħarsien tal-Annimali Lokali

Melita testendi l-għajnuna tagħha lill-annimali

Aġenti tal-Melita ngħaqdu flimkien u ġibdu filmat ta’ żfin divertenti bl-għan li jagħmlu ġabra ta’ fondi għas-santwarji tal-annimali. Il-filmat intlaqa’ tajjeb ħafna u l-għadd ta’ drabi li ġie shared iġġenera fondi għas-santwarji tal-annimali.

Filwaqt li jiżfnu għall-melodija tal-kanzunetta popolari “Dance Monkey”, żeffiena novizzi u dawk b’esperjenza ngħaqdu flimkien għal din il-kawża nobbli li mbagħad ittellgħet fuq il-midja soċjali fejn intlaqet tajjeb minn min iħobb l-annimali, klijenti, kollegi u membri tal-familja.

Ispirati mill-vidjow, ilkollegi tagħhom minn diversi dipartimenti tal-Melita, provdew aktar fondi biex iżidu l-kontribuzzjoni lejn is-santwarji tal-annimali biex b’hekk jisponsorjaw aktar minn 30 qtates u klieb minn santwarji differenti mifruxa madwar il-gżejjer.

Charlene Xuereb Ciantar, Communications Manager ma’ Melita, qalet: “Fi żminijiet bħal dawn, huwa importanti li nżommu f’moħħna l-ħbieb tagħna l-annimali, speċjalment dawk fis-santwarji, li r-riżorsi tagħhom issa huma f’riskju iktar minn qatt qabel.

Ir-rispons pożittiv kien inkuraġġanti ħafna u verament jixhed il-kompassjoni li l-poplu Malti jaqsam b’mod kollettiv għall-annimali.”  Il-qtates u klieb li qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva qed jiġu kkurati mill-Assoċjazzjoni għallAnnimali Abbandunati (AAA), Noah’s Arc Sanctuary, The Island Sanctuary, Tomasina Cat Sanctuary, Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF), Malta Society for the Protection and Care of Animals (MSPCA) u Animal Guardians.

Wieħed jista’ jara l-filmat u fl-istess waqt iżomm ruħu aġġornat dwar Melita billi jżur il-paġna: https://www.facebook.com/MelitaNew Tmiem