Coronavirus Futbol Sport

Qbil biex jitnaqqsu s-salarji tal-plejers tas-Serie A

L-uffiċjali tas-Serie A qalu li l-membri tal-klabbs qablu li jimponu tnaqqis ta’ 33% fis-salarji tal-plejers u staff tekniku biex jgħinu jnaqqsu t-telf waqt iż-żmien tal-coronavirus. Wara li saret video conference, stqarrija mis-Serie A qalet li l-waqfa minħabba l-pandemija ħalliet il-futbol Taljan f’sitwazzjoni veru diffiċli b’konsegwenza li kellu jkun hemm tnaqqis fl-ispejjeż.

Il-kampjonat ippropona li jinqatgħu s-salarji annwali b’erba’ xhur jekk is-Serie A ma jkomplix u tnaqqis ta’ 20% salarji jekk il-kampjonat ikompli, b’kull klabb irid jinnegozja mal-plejers rispettivi. Il-klabbs kollha vvutaw favur din ir-rakkomandazzjoni, biċ-champions Taljani Juventus astjenew wara li kienu diġà laħqu ftehim separat mal-plejers tagħhom.

Stqarrija tas-Serie A qalet li d-deċiżjoni kienet neċessarja biex tieħu ħsieb il-futur tas-sistema tal-futbol Taljan. Il-kampjonat Taljan fadallu 12-il logħba flimkien mal-erba’ logħbiet posposti minn tmiem il-ġimgħa tat-22 ta’ Frar u t-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia. Sa issa tal-anqas 15-il plejer instabu pożittivi.