Coronavirus Futbol Sport

Tmut omm Pep Guardiola bil-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Omm il-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola Dolors Sala Carrio, mietet fl-età ta’ 82 sena f’Barcelona b’konsegwenza tal-coronavirus. Fuq il-media soċjali, Manchester City urew is-simpatija ma’ Guardiola, il-familja u l-ħbieb tiegħu.

Ix-xahar li għadda, Guardiola ta donazzjoni ta’ €1 miljun biex jgħin fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Il-flus se jintużaw biex jinxtara apparat mediku u materjal protettiv għal dawk involuti biex jikkuraw lill-persuna. Barcelona tinsab f’Katalunja li hi waħda miż-żoni fi Spanja l-aktar milquta. Illum, l-imwiet fi Spanja żdiedu b’637 persuna u b’hekk inqabżu t-13,000 persuna mejta fil-pajjiż.