Żagħżugħ ta’ 28 residenti Birkirkara ttieħed l-isptar wara inċident tat-traffiku li seħħ f’Bir id-Deheb. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14.15 fi Triq tal-Barrani iż-Żejtun.
Il-ħabta seħħet bejn karozza tal-għamla Honda Civic li kienet misjuqa mill-Karkariż u karozza Toyota Corolla li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19 residenti Ħaż-Żabbar. Iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat estensivi fuq in-naħa ta’ quddiem, bil-Honda saħansitra tipiċċa maħbuta ma’ faċċata ta’ binja.
Fuq il-post marru l-Pulizija, u ssejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u żewġ ambulanzi minn Mater Dei.
Il-kundizzjoni tal-Karkariż għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>