Sport Sport Ieħor

Il-bidu tal-istaġun tal-Moto GP ikompli jkun pospost

(Ritratt: EPA)

L-istaġun tal-Moto GP reġa’ sofra minn posponiment ieħor hekk kif issa hu skedat li jibda mhux aktar kmieni minn Ġunju. Dan hekk kif it-tlielaq li kien imiss fl-Italja u l-Katalunja ġew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Id-deċiżjoni ttella’ t-total ta’ tlielaq posposti għal sebgħa filwaqt li l-Grand Prix tat-8 ta’ Marzu li għadda fil-Qatar ġiet ikkanċellata. Il-maġġoranza tas-sewwieqa tal-Moto GP ġejjin mill-Italja, l-aktar żewġ pajjiżi Ewropej li huma milquta mill-coronavirus, b’madwar 30,000 persuna li mietu f’dawn iż-żewġ pajjiżi kawża tal-Covid-19.

Stqarrija uffiċjali qalet li hekk kif is-sitwazzjoni tibqa’ fi stat ta’ evoluzzjoni kontinwa, id-dati l-ġodda ta’ dawn iż-żewġ tlielaq flimkien mal-Grand Prix ta’ Franza kif ukoll ta’ Spanja, ma jistgħux ikunu kkonfermati sakemm is-sitwazzjoni tkun ċara meta dawn l-avvenimenti jistgħu jsiru. Il-Grand Prix li jmiss skedata hi fil-Ġermanja fil-21 ta’ Ġunju.