Il-FIFA se tħalli s-suq tat-trasferimenti tas-sajf jimxi u rrakkomandat li l-kuntratti tal-plejers ikunu estiżi sakemm jintemm l-istaġun. Dan minbarra li l-kuntratti l-ġodda ma jidħlux fis-seħħ sakemm jibda staġun ġdida. Dawn id-deċiżjonijiet saru wara konsultazzjoni bejn rappreżentanti tal-FIFA, rappreżentanti tal-klabbs, plejers, kampjonati, assoċjazzjonijiet nazzjonali u konfederazzjonijiet.
Il-FIFA uriet sens ta’ kuraġġ lejn il-klabbs u l-plejers biex jilħqu ftehim dwar is-soluzzjonijiet tal-pagamenti sakemm il-futbol jinsab wieqaf iżda qalet li se tkun qed tmexxi d-diskussjoni meta s-soluzzjoni tibqa’ ma tinstabx. Rigward is-suq tat-trasferimenti, il-FIFA ħabbret l-intenzjoni li tkun flessibbli u tħalli s-suq tat-trasferimenti biex jimxi u b’hekk isir bejn tmiem ta’ staġun u bidu ta’ staġun ieħor.
Il-President tal-FIFA Gianni Infantino qal li l-pandemija tal-coronavirus bidlet iċ-ċirkostanzi fattwali madwar il-futbol għal dan l-istaġun. Hu sejjaħ dawn id-deċiżjonijiet bħala ideat prattiċi hekk kif qal li dawn il-proposti se jgħinu biex tinstab soluzzjoni għal dawn iċ-ċirkorstanzi. “Dawn għandhom iserbu bħala miżura ta’ stabbiltà u kjarezza lejn il-futur qrib tal-futbol. Ħaġa waħda trid tkun ċara għal kulħadd, speċjalment issa; is-saħħa tiġi l-ewwel, qabel il-futbol,” qal Infantino.
Fejn hemm każijiet li jispiċċaw quddiem il-FIFA, intqal li se tingħata ħarsa jekk il-klabb għamilx attentat ġenwin li jilħaq ftehim mal-plejers u jikkunsidra l-finanzi tal-klabbs, id-dħul tal-plejer u jekk il-plejers kollha ġewx trattati ugwalment.
//= $special ?>