L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ippubblika ittra minħabba diskrkimazzjoni fost il-kmamar tal-aħbarijiet minn Transport Malta waqt il-ħidma ta’ evakwazzjoni ta’ koppja anzjana minn fuq il-cruiseliner Colombus
Fl-aħħar siegħat, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin irċieva numru ta’ ilmenti minn kmamar tal-aħbarijiet dwar nuqqas ta’ trattament xieraq minn Transport Malta waqt il-ħidma biex inġiebet Malta l-koppja Maltija li kienet fuq il-cruiseliner Colombus, u li l-Gvern aċċetta t-talba biex jiġu evakwati lejn Malta.
L-IĠM hu infurmat li Transport Malta iddedikat lanċa biex fuqha ittellgħu membri silettivi tal-media, partikolarment One News, MaltaToday u preżentatur ta’ programm fuq TVM. Madanakollu, l-istess opportunità ma kienetx offruta lill-kmamar tal-aħbarijiet kollha.
Awtorità pubblika, b’mod partikolari f’ħidma ewlenija bħal din, m’għandiex tkun selettiva, iżda l-opportunità ghandha tkun offruta lill-kmamar tal-ahbarijiet kollha b’mod ugwali.
Għaldaqstant, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qed iressaq ilment formali għal dan in-nuqqas minn naħa ta’ Transport Malta. Jisħqu li episodju bħal dan ma jerġax jiġri.
Intant fi stqarrija, Transport Malta attakkat lura lill-IGM billi qalet li “kieku l-kmamar tal-aħbarijiet oħra għamlu talbiet , l-Awtorità kienet tipprova takkomodha lilhom ukoll.”
//= $special ?>