Internazzjonali

Jerġgħu jiżdiedu l-imwiet mill-Covid-19 fi Spanja

Fl-aħħar 24 siegħa mietu 743 persuna mill-Covid-19 fi Spanja, biċ-ċifra tal-mejtin mill-marda fil-pajjiż jitilgħu għal 13,798.

In-numru tal-imwiet għal kuljum fi Spanja kienu naqsu għal erbat ijiem konsekuttivi, iżda ċ-ċifra tallum turi żieda ta’ aktar minn 100 vittma fuq l-ammont tal-mejtin għall-ġurnata tat-Tnejn.

Fi Spanja, ittestjaw pożittiv għall-virus ‘il fuq minn 140,500 b’dan il-pajjiż jirreġistra t-tieni l-ogħla numru ta’ persuni infettati bil-Covid-19 wara l-Istati Uniti.