Lokali

Kontroversja dwar l-użu tal-maskri

Jidher illi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, id-WHO, biddlet il-ħsieb tagħha dwar l-użu tal-maskri u issa qed tgħid li dawn jistgħu ikunu utli biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19.

Sostna dan il-Professur Votech Petracek, ir-Rettur tal-Universita Teknika ta’ Praga fir-Repubblika Ċeka f’kollegament mal-programm Net Live.

Il-Professur Petracek qal li issa, id-WHO qed tgħid li l-maskri jistgħu jgħinu bħala mezz ta’ protezzjoni biex dawk li huma infettati u ma jafux, meta jilbsu il-maskra, ma jkunux qed ixerrdu l-virus ma’ ħaddieħor.

Petracek hu meqjus bhala ‘awtorita’ f’dan is-suggett….tant li diversi networks internazzjonali tal-ahbarijiet qed jinkluduh fuq l-istazzjonijiet taghhom biex jipprezenta l-hsibijiet tieghu dwar l-uzu tal-maskri protettivi.

Il-Professur Petracek jemmen li l-użu tal-maskri għadu mhux obligatorju għaliex il-Gvernijiet jidhru li qed jirreżistu milli l-pajjiżi jgħaddu għal din il-miżura b’mod obligatorju.

Jidher li dan għandu mill-verita’…. hekk kif matul il-konferenza tal-aħbarijiet li saret filghodu, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li għalissa mhux il-lok li jintlibsu l-maskri mill-pubbliku.