Lokali Qorti

Libertà kundizzjonata għal mara fuq frodi

Mara ta’ 47 sena ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wara li ammettiet frodi fil-konfront ta’ persuna oħra, liema profitt li dawwret għaliha b’mod illegali jkun ta’ ftit aktar minn €3,000.

Graziella Farrugia ammettiet li fil-25 ta’ Lulju li għadda u fix-xhur ta’ qabel appropjat ruħha billi dawret bi profit għaliha somma flus għad-dannu ta’ diversi persuni u entitajiet oħra, liema somma ġiet fdata lilha għal xi servizz jew kariga.

Il-vittma f’dan il-każ iddikjara li llum huwa għad baqalu jieħu s-somma ta’ €3,193. Il-Qorti qalet li wara li semgħet is-sottomissjonijiet magħmula mill-Prosekuzzjoni u mid-Difiza.

Dwar il-piena fuq ammissjoni bikrija ta’ Farrugia, u wara li qieset il-kondotta tajba tagħha, u l-fatt li l-vittma ddikjara li hu ma ghandu l-ebda interess fil-piena, kemm il-darba jitħallas dak dovut lilu, tilliberaha bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion