Coronavirus Lokali Saħħa

“Persważ li flimkien negħlbu din l-isfida” – Adrian Delia

Illum għandna niftakru b’mod speċjali f’dawk l-impjegati li f’dawn il-ġimgħat għaddejjin b’ħidma sfieqa waqt din il-kriżi – bis-sagrifiċċji kollha għal ġid ta’ saħħitna.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia permezz tal-midja soċjali, f’okkażżjoni proprju tal-Jum Dinji tas-Saħħa.

Adrian Delia rringrazzja lil dawk il-membri tal-pubbliku li qed josservaw l-appelli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa billi kemm jista’ jkun joqgħodu ġewwa fid-djar tagħhom.

Huwa saħaq li dan m’huwiex żmien faċli, iżda spjega li huwa persważ li flimkien bħala poplu ser inkunu qed negħlbu din l-isfida.