Il-Partit Nazzjonalista jrid jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tar-Renju Unit f’dan l-mument partikolari u mill-iktar kumplikat.
Irid juri s-solidarjetà u fl-istess ħin jawgura lill-Prim Ministru Boris Johnson jirkupra kemm jista’ jkun malajr mill-virus. Napprezzaw l-perikoli li mexxejja politiċi qed jidħlu fihom.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja mingħajr Fruntieri Carmelo Mifsud Bonnici u s-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight stqarrew kif din hija siegħa ta’ prova għall-popli kollha tad-dinja waħda mingħajr fruntieri li fiha għandna nkunu iktar flimkien u nagħrfu l-vulnerabbiltà umana tagħna, kif ukoll il-bżonn li nirrispettaw fis-sħiħ l-ambjent u l-ekosistema mondjali. Inħeġġu lil kulħadd biex jibqa’ d-dar u jobdu l-awtoritajiet tas-saħħa.
//= $special ?>