Għall-ħabta tas-1.00am, il-pulizija ġiet infurmata li fi Triq il-Lvant il-Belt Valletta limiti tal-Barrakka t’Isfel kien hemm 2 karozzi qed jieħdu n-nar
Minnufih fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.
Minn stħarriġ preliminari li sar jidher li n-nirien beda minn karozza tat-tip Mercedez Benz u nfirex għal Toyota Corolla.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin
//= $special ?>