Coronavirus Lokali Saħħa

500 ikla kuljum għall-ħaddiema tal-Isptar

Minn din il-kcina qed tħabbat qalb ta’ solidarjeta’ mat-tobba, l-infermiera u l-professjonisti kollha ta’ Mater Dei.

Jisimha “Feeding Heroes” ….l-inizjattiva volontarja li ta’ kuljum qed tipprovdi 500 ikla lill-ħaddiema tal-Isptar. 

Waqt il-programm Net Live, Chef Dario, spjegalna kif din l-inizjattiva tinvolvi l-ħidma ta’ madwar 14-il persuna.

Chef Dario saħaq li qed isibu għajnuna mingħand numru ta’ lukandi u ristoranti kif ukoll mingħand diversi nies li minflok qegħin id-dar ma jagħmlu xejn, qed jagħtu ħinhom b’mod volontarju biex jgħinu f’din l-inizjattiva.

Chef Dario rringrazzja lil dawk kollha li qed joffru ghajnuna f’dan il-mument ta’ sfidi kbar.