Fl-aħħar 24 siegħa saru 993 swab, fejn minnhom irriżultaw 6 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta. It-total ta’ persuni infettati għal din l-imxija issa tela’ għal 299.
B’kollox din il-ġimgħa s’issa nstabu 72 każ pożittiv mill-Covid-19.
Il-każijiet tal-lum huma dawn:
- Ħaddiem tas-saħħa li għandu 56 sena
- Anzjan Malti
- Maltija ta’ 40 sena
- Maltija ta’ 57 sena u nstabet pożittiva waqt testijiet ta’ rutina qabel ma ssir l-operazzjoni
- Tarbija ta’ sess maskili ta’ xahar li kien l-isptar. Beda bis-sintomi ta’ sogħla u qtugħ ta’ nifs. Sarulu numru ta’ testijiet u għaddejjin bil-contact tracing. Trabi oħrajn fl-istess sala ma ġewx infettati.
- Malti ta’ 52 sena li kellu diarrhea u nuqqas ta’ togħma. Hu kien imsiefer u ġie lura mill-Ingilterra fit-2 ta’ April.
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li huwa vera li llum inħareġ li 6 persuni biss ġew infettati fl-aħħar sigħat, u ikkumparat ma’ dak tal-bieraħ in-numru huwa żgħir ħafna madanakollu dan ma jfissirx li r-riskju qed jonqos.
Finalment is-Supritindent tas-Saħħa Pubblika appellat biex kulħadd jibqa’ ġewwa u joħroġ biss għall-bżonn. Hija tenniet li b’hekk biss nistgħu nnaqqsu t-tixrid tal-Coronavirus.