Coronavirus Għawdex Lokali

Anzjana Għawdxija tmut bil-Covid-19

Mara Għawdxija ta’ 92 sena hi l-ewwel vittma tal-Coronavirus f’pajjiżna.

L-aħbar kienet konfermata mill-Ministru tas-Saħħa f’konferenza tal-aħbarijiet.

Il-mara hi anzjani li kienet residenti f’Sant’Anna, li hi parti mill-Isptar t’Għawdex. L-anzjana mietet illejla għall-ħabta tas-6pm.

Meta indirizza lill-media, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li Malta mhix differenti mill-pajjizi l-oħra u anke aħna se jkollna dawn it-tip ta’ xenarji fejn ikollna imwiet.

Fearne uza din l-okkazzjoni biex iwassal messagg qawwi lin-nies; appell biex il-pubbliku jappoggja lis-servizzi tas-sahha …u specjalment fil-weekend tal-Ghid il-Kbir Hadd nevitaw li nohorgu mid-dar.

Fost dawk li estendew il-kondoljanzi taghhom kien hemm il-Kap tal-PN Adrian Delia, li b’mod personali u f’isem il-Partit Nazzjonalista, esprima niket għall-aħbar tal-mewt marbuta mal-Covid-19