Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qatta tieni lejl taħt kura intensiva fl-isptar, waqt li qed ikompli bit-trattament għall-coronavirus.
Johnson jinsab taħt osservazzjoni ‘kontinwa’ fl-Isptar ta’ St Thomas, f’Londra – bil-Ministru tas-Saħħa Britanniku, Edward Argar, jgħid li ‘il-Prim Ministru jinsab stabbli u għadu juri spirtu pożittiv’.
Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin, Dominic Raab, li qed imexxi l-pajjiż f’kariga temporanja fl-assenza ta’ Johnson, esprima fiduċja li l-Prim Ministru se jirkupra mill-marda waqt li fissru bħala ‘ġellied’.
Boris Johnson, li ilu l-isptar min-nhar il-Ħadd, qed jingħata l-ossiġnu permezz ta’ proċess rutina u qiegħed jieħu n-nifs mingħajr l-għajnuna ta’ ventilatur.
Sadanittant, l-awtoritajiet fir-Renju Unit qalu li għad mhemmx il-provi xjentifiċi li jippermettu għal deċiżjoni dwar tnaqqis potenzjali fil-kundizzjonijiet tal-lockdown dovut għall-infezzjonijiet mill-virus.
Qed jingħad li l-pajjiż irid ikun għadda ‘l-ogħla kurva ta’ infezzjonijiet’ qabel jasal għal din id-deċiżjoni — bil-Gvern għadu ma jafx meta se jasal għal dan il-punt.
//= $special ?>