Internazzjonali

Coronavirus: Total ta’ 931 mejtin ġodda fl-Ingilterra, Wales u l-Iskozja

Mat-828 persuni oħra li testjaw pożittiv għall-coronavirus fl-Ingilterra mietu mill-effetti fl-aħħar 24 siegħa. Dan ifisser li t-total tal-imwiet (mill-Covid-19) ikkonfermati fl-isptarijiet tal-Ingilterra telgħu għal 6,483.

F’Wales mietu rekord ta’ 33 pazjent mill-Covid-19 fl-aħħar jum, bit-total tal-imwiet hemmhekk jitla’ għal 245.

Fl-Iskozja mietu 70 mill-coronavirus fuq perjodu ta’ 24 siegħa u b’din tkun l-akbar każi fl-imwiet għal jum partikulari.

Intant, l-imwiet ġodda minn madwar ir-Renju Unit ( bl-Irlanda ta’ Fuq eskluża) jammontaw għal 931.