Coronavirus Kummerċ Lokali

Ġest ta rieda tajba minn kumpanija li ġabet 500,000 maskra protettiva għall-Maltin

Massimo Malvestio, li huwa s-sid ta’ Praude Asset Management Limited, kumpanija tas-servizzi finanzjarji, bbażata f’Malta u rregolata mill-MFSA, ġab Malta 500,000 maskra protettiva. Dawn il-maskri waslu nhar il-Ġimgħa u se jingħataw lill-poplu Malti.

L-Avukat Massimo Malvestio, li twieled u trabba fi Treviso, l-Italja huwa persuna magħrufa ħafna fil-Veneto, u jaħdem bħala avukat kif ukoll bħala Portfolio Manager. Meta faqqgħet il-COVID-19 fil-Veneto, wara malajr nfirxet fir-reġjun kollu.

Meta kien hemm nuqqas ta’ maskri kirurġiċi, l-Gvernatur tar-reġjun kien ikkollabora ma’ intraprenditur biex jistampa dawn screens protettivi-maskri, bħala waħda mill-metodi użati biex jikkontrollaw it-tixrid ta’ dan il-virus.

Ir-reġjun tal-Veneto xtara u qassam dawn il-maskri lill-muniċipalitajiet kollha tagħhom biex il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jagħmel użu minnhom, u għal kontra ta’ reġjuni oħra qrib tiegħu  il-Veneto rrnexxilhom inaqqsu t-tixrid. 

Wara li segwa r-rata ta’ suċċess ta’ dawn il-maskri fil-Veneto, l-Avukat Malvestio kien ispirat biex jixtri u jagħti 500,000 maskra lill-Gvern Malti u dan wara kordinazzjoni mal-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Italja, Joseph Cuschieri, li huwa ħadem ukoll biex dawn jaslu Malta.

Malvestio jemmen li l-produzzjoni tagħhom li kienet ikkonċentrata l-aktar fiċ-Ċina, waqt li dan il-virus infirex mal-erba’ irjiħat tad-dinja, ħafna mill-Gvernijiet nazzjonali u lokali, sptarijiet u l-pubbliku inġenerali ħassew urġenza ddisprata biex jassiguraw il-provvista tagħhom ta’ tagħmir protettiv.

Għalkemm m’hijiex għodda kirurġika, l-prodott li oriġina mir-rispons rapidu ta’ Grafica Veneta, irriżulta li huwa salvagwardja ta’ valur iddisinjat għaċ-ċittadini. Dawn il-maskri diġà tqassmu lill-miljuni ta’ nies fil-Veneto, bil-Gvernatura Zaia stess jilbes dan l-apparat protettiv kuljum meta jkun qed jindirizza lill-ġurnalisti.

Malvestio, kien ispirat biex jirreplika dan l-eżempju f’Malta, hekk kif għal aktar minn sitt snin, hu kien qed jgħix f’Malta., Massimo Malvestio, ta’ 58 sena, huwa avukat u investitur Taljan. Huwa twieled fi Treviso, fil-Lvant tal-Italja, fejn waqqaf id ditta legali Barel Malvestio e Associati (aktar tard BM&A), li timpjega aktar minn 40 avukat. 

Huwa għandu rabtiet personali u kummerċjali sostanzjali f’Malta, l-istess pajjiż li hu għażel li jagħmel id-dar tiegħu sitt snin ilu. L-interess ewlieni tan-negozju tiegħu f’Malta jinsab f ‘”Praude Asset Management Limited”, kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi, regolata mill-MFSA, u li hu waqqaf fl-2009.

Praude tamministra madwar 500 miljun ewro u fl-2017 ingħata t-Thomson Reuters Lipper Fund Award, wieħed mill-Premjijiet l-aktar prestiġjużi għall-maniġers tal-assi madwar id-dinja. Dr Antonia Zammit hija l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, li tmexxi grupp ta’ għaxar professjonisti.